A new national competition has been launched for Malta’s creative entrepreneurs to join a global community celebrating startups and championing the creative industries. W

The Creative Business Cup, launched in Malta by Culture Venture, is a global competition organised by the Creative Business Network bringing together 80 national winners. Regarded as the Olympics of creative startups, the competition is a unique event for innovative disruptors aiming to change the world and impact the global economy.

The global competition of the Creative Business Cup is held in Copenhagen

Globally, the creative economy generates $2.2 trillion in revenues and creates 30 million jobs. In Malta the creative industries account for 7.9% of total GVA, exceeding the direct contribution of the construction and civil engineering sector and the accommodation and food services sector. They also create 12,000 jobs and play a key role in propelling the sustainable development goals by incorporating people-centred values and sustainability across their economic, social and environmental objectives.

Startups utilising creative skills in the production of a creative industry product or service or creative startups collaborating with other industries are eligible to apply. These include businesses in:

Advertising, architecture, craft & artisan, design, experiences technologies, fashion, film, video, photography, gastronomy, leisure activities, music, performing arts, publishing, radio and television, software, computer games and electronics, publishing, 3D printing making and toys and games.

All finalists at the national competition will receive one-on-one sessions by PwC to prep them for the competition and Malta Enterprise will provide guidance on business development.

In Copenhagen, the winner will join other creative startups, meet potential investors with the possibility of winning a variety of prizes to help shape more creative ideas and concepts into sustainable businesses. 

Applications are open.

For further information visit click here

Culture Venture is the national partner of the Creative Business Cup. The lead partners of the national competition are Malta Enterprise, PwC and APS Bank. The event is supported by Arts Council Malta and Lovin Malta.

______________________________________________________________________________

Tfittxija għall-aqwa intrapriża kreattiva ta’ Malta

Ir-Rebbieħ se jirrapreżenta lil Malta fil-finali globali

Ġiet imnedija kompetizzjoni nazzjonali ġdida għall-intraprendituri kreattivi biex jingħaqdu f’komunità globali li tħares l-iżvilupp ta’ intrapriżi ġodda u innovattivi fl-industriji kreattivi.

Il-Creative Business Cup, imnedija f’Malta minn Culture Venture, hija kompetizzjoni globali organizzata min-netwerk internazzjonali li tlaqqa’ flimkien rebbieħa nazzjonali minn 80 pajjiż. Meqjusa bħala l-Olimpjadi tal-istartups kreattivi, l-kompetizzjoni hija opportunità għall-intraprendituri fl-osqsma kreattivi u ċelebrazzjoni tal-innovazzjoni u l-ġid li joħolqu.

Globalment, l-ekonomija kreattiva tiġġenera $ 2.2 triljuni u toħloq 30 miljun impjieg. F’ Malta is-setturi kulturali u kreattivi jiġġeneraw 7.9% tal-GVA totali – ammont li jaqbeż il-kontribuzzjoni diretta tas-settur tal-kostruzzjoni u l-inġinerija u s-settur tas-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel. Dawn joħolqu wkoll 12,000 impjieg u għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-miri globali għall-iżvilupp sostenibbli. Dan għaliex bosta intrapriżi fis-setturi kreattivi jinkorporaw valuri ta’ sostenibbiltà fl-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom.

Il-kompetizzjoni hi miftuħa għal startups li jużaw ħiliet kreattivi fil-produzzjoni ta’ prodotti jew servizzi fl-industrija kreattiva jew startups kreattivi li jikkollaboraw ma’ industriji oħra. Dawn jinkludu negozji fi:

Reklamar, arkitettura, artiġjanat, disinn, esperjenzi ta’ teknoloġiji, moda, film, vidjow, fotografija, gastronomija, attivitajiet ta’ divertiment, mużika, arti tal-ispettaklu, pubblikazzjoni, radju u televiżjoni, softwer, logħob tal-kompjuter u elettronika, pubblikazzjoni, stampar 3D, logħob u ġugarelli.

Il-finalisti kollha fil-kompetizzjoni nazzjonali se jirċievu għajnuna minn PwC biex iħejjuhom għall-kompetizzjoni filwaqt li Malta Enterprise ser tipprovdi gwida lill-applikanti fl-iżvilupp tan-negozju.

F’Kopenħagen, il-kumpanija rebbieħa minn Malta se tingħaqad ma’ startups kreattivi oħra u tiltaqa’ ma’ investituri internazzjonali filwaqt li tikkompeti għal premju finali fuq livell globali. Din hi opportunita’ oħra biex negozju Malti iwassal ideat u kunċetti aktar kreattivi fuq livelli internazzjonali li jsarfu f’negozji aktar sostenibbli filwaqt li jkompli jikber l-għarfien dwar l-importanza tal-industriji kreattivi.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa.

Żur hawn għal aktar informazzjoni

Culture Venture hija responsabbli għall-isħubija nazzjonali fil-Creative Business Cup. L-imsieħba ewlenin tal-kompetizzjoni nazzjonali huma Malta Enterprise, PwC u APS Bank. L-avveniment għandu wkoll l-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u Lovin Malta.

Pin It on Pinterest